Ritratti: Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn żewġ karozzi f’Ħal Farruġ

Raġel barrani jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu ttajjar minn żewġ vetturi f'Ħal Farruġ.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.45 ta' dalgħodu fit-Triq ta' Ħal-Farruġ. 

L-ewwel ir-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 21 sena minn Ħal Qormi, imbagħad minn karozza oħra x'ħin kien mixħut mal-art.  Huwa mifhum li t-tieni karozza telqet minn fuq il-post qabel ma ntalbet l-għajnuna. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza, fejn jinsab f'qagħda kritika. 

Il-pulizija tavża lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi minħabba li t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Ritratti: Jesmar Baldacchino