Mara qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’ħabta Santa Luċija.
Il-ħabta ġrat fis-6.15pm fi Triq Ġuljetta Lopez.
Il-mara ta’ 53 sena minn Ħ’Attard intlaqtet minn karozza misjuqa minn mara li għandha 38 sena u toqgħod Wied il-Għajn.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard irriżulta li għandha ġrieħi gravi. Is-sewwieqa wkoll kellha tittieħed l-isptar peress li kienet maħsuda b’li ġara.
Il-Pulizija tad-Distrett qed tmexxi investigazzjoni fuq il-każ.