Aġġornata: Tittajjar mara f’Birkirkara

Mara ta’ 71 sena minn San Ġiljan ittajret minn vettura fil-Bypass ta’ Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ftit qabel is-6pm. Il-vettura, Range Rover, kienet misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena minn San Ġwann.

Il-vittma ttieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.