Tittajjar fil-Mosta; fil-periklu tal-mewt

Mara ta’ 36 sena mill-Fgura ittajret minn karozza fil-Mosta.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.30pm fi Triq Valletta u fuq il-post issejħu l-pulizija tad-Distrett u l-ambulanza.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara oħra ta’ 41 sena mill-Ukrajna, residenti f’San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u ġiet iċċertifikata fil-periklu tal-mewt.