Tittajjar anzjana ta’ 78 sena

Mara ta’ 78 sena ttajret minn vettura misjuqa minn mara ta’ 34 sena f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ, kantuniera ma Triq San Ġużepp għall ħabta tas-6:30pm.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post biex għamlu l-ewwel stħarriġ. L-anzjana tieħdet l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.