Titressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar

Il-Kunsilliera tal-Partit Laburista f’San Pawl il-Baħar u żewġ Kunsilliera Indipendenti ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku Nazzjonalista Graziella Galea.
Il-mozzjoni li ġiet proposta mill-Kunsilliera Mandy Buhagiar tispjega li s-Sindku m’għadhiex tgwadi mill-appoġġ tal-maġġoranza tal-Kunsilliera u li m’għażlitx “it-triq morali” biex titlob vot ta’ fiduċja hi stess peress li “taf li llum qiegħda tmexxi Kunsill mill-minoranza”.
L-istess mozzjoni telenka li fost affarijiet oħra:

  • Is-Sindku nstabet ħatja mill-Bord ta’ Governanza bi ksur ta’ regolamenti finanzjarji
  • Illi Galea naqset milli tiżgura li eluf kbar ta’ flus jiġu nvestiti fit-toroq, f’bankini, u f’proġetti oħrajn
  • Illi Galea qed ixxekkel id-dritt ta’ xi kunsillieri li jesprimu ħsibijiethom kif jistabbilixxu l-proċeduri dwar il-Kunsilli Lokali.

Il-mozzjoni ttemm tgħid li Alfred Grima għandu jiġi elett Sindku.
Il-mozzjoni ġiet sekondata minn Joseph Vella (Indipendenti), Alfred Grima (PL) , Stephen Cremona (PL) , Rodney Galea (PL), Raymond Tabone (PL),  u Robert Piscopo (Indipendenti).