Titressaq il-Qorti wara serqa ta’ €16,000 minn karozza

Persuna ta’ 39 sena se titressaq il-Qorti talli allegatament serqet €16,000 fi flus kontanti minn karozza f’Santa Venera.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-persuna se titressaq il-Qorti għall-11 am. Qed tiġi akkużata li serqet il-flus, ammont ta’ ċekkijiet, u affarijiet personali oħra. Allegatament il-każ seħħ fil-15 ta’ April.

Persuna oħra ta’ 32 sena se titressaq il-Qorti akkużata li fl-14 ta’ Frar serqet ġojjelerija minn residenza privata f’Ħ’Attard. Qed tiġi akkużata wkoll li għamlet ħsara volontarja u li hi reċediva.