Titpoġġa l-ewwel arkata protettiva fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien

Għadha kif tpoġġiet waħda minn żewġ arkati li se jkunu qed jipproteġu t-Tempju ta’ Ħal Tarxien.
L-operazzjoni kienet tinvolvi ħafna xogħol minn esperti fosthom inġiniera u periti.
Dawn l-arkati se jkunu qed jiffurmaw parti minn xelter protettiv fuq il-fdalijiet li hemm fis-sit. Ix-xelter se jkun magħmul minn burdura tal-metall u tinda tad-drapp li se jipproteġu t-tempji mill-elementi.
Ix-xogħol fuq dan ix-xelter huwa l-aħħar minn sensiela ta’ attivitajiet li saru fuq is-sit. Heritage Malta fakkret li saru ukoll studji, dokumentazzjoni 3-dimensjonali u skavar arkeoloġiku.