Titnieda t-tielet edizzjoni tal-Premju tal-President għall-Kreattività

Waqt żjara fl-iskola Sacred Heart f’San Ġiljan, il-President ta’ Malta Dr George Abela tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-premju, mhux biss minħabba l-valur tiegħu ta’ €70,000, imma anke minħabba li ħafna tfal u żgħazagħ qed jibbenifikaw u jkomplu jissoddaw fit-teknika tat-talent tagħhom.

L-għan tal-Premju tal-President għall-Kreattività hu li t-tfal u ż-żgħażagħ jiżviluppaw talenti ġodda u jgħinhom fi proġetti tal-arti li għandhom x’jaqsmu direttament mal-ħajja fil-komunità.

L-enfasi tal-proġett hija li jitqanqlu programmi soċjali u kommunitarji ta’ żvilupp permezz tal arti.

L-applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit www.president.gov.mt u jibqgħu miftuħa sas-17 ta’ Mejju 2013.

Ritratti: DOI – Pierre Sammut