Titnieda riċerka għall-għadd tal-voti b’mod elettroniku

Il-Kummissjoni Elettorali ħarġet talba għall-informazzjoni biex tagħmel riċerka dwar il-kunċett għal soluzzjoni tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku. 
It-talba għall-informazzjoni tista’ titniżżel mis-sezzjoni tal-Pubblikazzjonijiet fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, www.electoral.gov.mt
Fi stqarrija, il-Kummissjoni qed tavża li jistgħu jsiru talbiet bil-miktub għall-kjarifikazzjoni fuq is-suġġett lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali fuq joseph.church@gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju, 2015. 
L-informazzjoni mitluba trid tasal b’imejl fuq joseph.church@gov.mt kif ukoll bil-miktub fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, VLT 2000, sa mhux aktar tard min-nofsinhar tat-Tnejn, 31 ta’ Awwissu, 2015