Titnieda politika dwar l-industrija tal-films f’Malta

Hekk kif l-istorja ta' ġbid ta' films f'Malta tmur lura 90 sena, il-Ministeru tat-Turiżmu nieda l-ewwel politika tal-films.
L-iskop ta’ din il-politka huwa sabiex Malta jkollha direzzjoni ċara f'dan is-settur.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qal li l-politika se tkun qed tistabbilixxi l-viżjoni u tara li jitkabbar sal-massimu l-potenzjal tal-industrija tal-films kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.
F’Marzu li għadda nħatar kumitat konsultattiv immexxi mill-Ministeru għat-Turiżmu, bl-għajnuna tal-Kummissjoni tal-Films u entitajiet oħra fosthom l-Università ta’ Malta, l-MCAST, il-Kamra tal-Kummerċ u anke dik ta’ Għawdex, l-ETC, l-Assoċjazzjoni Awdjoviżiva f’Malta (MAVA), il-PBS, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), Malta Enterprise kif ukoll il-Kunsill Malti għall-Arti flimkien ma’ rappreżentanti tal-industrija.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo