Titnieda l-politika nazzjonali dwar l-ispazju

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija nieda l-politika nazzjonali dwar l-ispazju 2017.
F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Direttur tal-Politika, Strateġija u Programmi fi ħdan il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Nadine Castillo, qalet li wieħed mill-għanijiet ta’ dan id-dokument hu li juri r-relevanza tal-ispazju fil-ħajja ta’ kuljum, biex b’mod tanġibbli jżewweġ attivitajiet tal-ispazju mal-użu li ċ-ċittadin jagħmel minnhom regolarment.
Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal li din il-politika tikkumplimenta l-istrateġija nazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni 2020.
Tista’ tniżżel id-dokument dwar il-Politika Nazzjonali dwar l-Ispazju minn hawn. .