Titnieda l-politika marittima

Tnediet il-politika nazzjonali marittima li hija msejsa fuq erba’ pilastri biex tgħaqqad l-industrija li tikkontribwixxi għal 9% tal-prodott gross domestiku.
Il-politika nazzjonali qed tipproponi 50 inizjattiva fosthom li tinħoloq aġenzija imsejsa fuq clusters marittimi fejn il-privat jingħata l-opportunita li jipparteċipa. 
F’diskors li għamel is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li din il-politika hija msejsa fuq l-ekonomija l-blu b’enfażi partikolari fuq il-blue growth kif stabilita mill-Unjoni Ewropeja. 
Jose’ Herrera qal li s-settur marittimu ma jfissirx biss il-baħar imma wkoll potenzjal f’attivitajiet relatati mal-pilastri ta’ din il-politika li huma s-servizzi, il-loġistika, l-ikel u l-enerġija.