Titnieda l-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f’Malta fl-2015

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma nedew il-laqgħa tal-Commonwealth Heads of Government Meeting, iċ-CHOGM, li se ssir f’Malta f’Novembru tas-sena d-dieħla. It-tema li se tkun diskussa mill-kapijiet u matul il-laqgħat ta’ qabel hija The Commonwealth – Adding Global Value.
Il-Prim Ministru spjega li l-preparazzjonijiet waslu fi stadju avvanzat, bi pjanijiet biex l-avvenimenti ewlenin iseħħu f’uħud mill-isbaħ postijiet storiċi f’Malta, fosthom il-Forti Sant’Anġlu.
Is-Segretarju Ġenerali qal li jinsab kunfidenti li Malta hija lesta għal konferenza globali eċċellenti.
Il-Commonwealth hija assoċjazzjoni ta’ 53 stat indipendenti, bi 2.2 biljun ċittadin. Iċ-CHOGM iseħħ kull sentejn.
Aktar informazzjoni dwar CHOGM 2015 Malta hawn. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott