Titnieda l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parni ħabbar it-tnedija tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva. L-għan ta’ din il-kummissjoni huwa li tgħin lill-Gvern sabiex ifassal it-tieni Politika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.

Il-membri fi ħdan din il-Kummissjoni huma:

  • Profs. Marvin Formosa (Chairperson)
  • Dr Josianne Cutajar
  • Dr Renzo De Gabriele
  • Dr Brian Farrugia
  • Is-Sur Mario Caruana
  • Is-Sur Philip Chircop
  • Is-Sa Silvana Civelli
  • Is-Sur Lian Pace

Waqt laqgħa uffiċjali mas-Segretarj u Parlamentari Parnis, il-Professur Marvin Formosa qal li l-istrateġija ta’ din il-Kummissjoni se tkun imsejsa fuq tliet prinċipji ewlenin:

  • Il-parteċipazzjoni attiva fl-ambjent tax-xogħol.
  • Il-parteċipazzjoni fis-soċjetà.
  • L-għajxien indipendenti fil-komunità.