Titnieda l-kampanja “Save the Nine” mill-Grupp Solidarjetà mal-Migranti

Il-grupp Solidarjetà mal-Migranti nieda l-kampanja “Free the Nine”, u qed jitlob lill-awtoritajiet sabiex teħles mill-arrest inġust lid-9 Malin li ilhom miżmuma kważi tliet xhur.
Il-grupp qed iniedi din l-inizzjattiva proprju llum, fil-festa ta’ San Pawl li hija simbolu tal-ospitalità u l-ħniena tal-Maltin lejn min hu fil-bżonn.
B’konsegwenza ta’ hekk, il-grupp ma jistax ma jinnutax l-ironija qawwija ta’ poplu li fl-istess jum li qed jiċċelebra fih dawn il-valuri, qed iżomm persuni arrestati li ġew Malta għal futur aħjar, u li m’għamlu xejn ħażin li jiġġustifika l-arrest tagħhom.