Titnieda l-kampanja dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Tnediet il-kampanja edukattiva nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat saħaq li l-bażi trid tkun kampanja edukattiva fost faxex differenti tas-soċjetà.
Spjega li l-mira hi li fost l-oħrajn jitħaddmu b’mod effiċjenti l-impjanti tal-iskart. Sostna li kulħadd irid jagħti sehmu inkluż il-klassi tal-professjonisti, mill-periti sal-inġiniera.
Il-Ministru Brincat enfasizza li ċ-ċittadin għandu dritt u dmir ikun mgħarraf għax il-borża organika hi daqstant meħtieġa.
Ritratti: DOI – Reuben Piscopo