Titnieda l-Kampajna L-Istrina BOV Piggy Bank 2020

Il-President jappella għas-solidarjetà fi żminijiet diffiċli

MBOV-Piggy-Bank-Campaign-Launch-2020-7

Read in English.

L-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta u s-Sinjura Vella, akkumpanjati minn Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR u Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta nedew uffiċjalment is-17-il Edizzjoni tal-L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se tara l-piggy bank tradizzjonali magħmul mill-plastik jinbidel minn minn piggy bank tal-kartun li huwa faċilment riċiklat, u se jnaqqas mill-impatt negattiv fuq l-ambjent. It-tliet Piggy Banks, juru tpinġijiet mit-tlett rebbieħa ta’ kompetizzjoni organizzata għal dan il-għan u li rat il-parteċipazzjoni ta’ 91 tifel u tifla.

L-Eċċellenza Tiegħu, il-President George Vella fisser kif din is-sena hija waħda diffiċli ħafna għal The Malta Community Chest Fund Foundation li l-istess bħal għaqdiet oħrajn, kellha tħassar għadd ta’ attivitajiet li normalment kienu jsiru. L-E.T. ħeġġeġ lill-istudenti biex flimkien mal-għalliema tagħhom fl-iskejjel jikkontribwixxu għall-Istrina BOV Piggy Bank Campaign li se tgħin biex jiddaħħal sens ta’ altruwiżmu u solidarjetà fost l-istudenti u, b’koperazzjoni jingħaqdu għal għan nobbli li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

“Ix-xenarju preżenti kkawżat mill-pandemija COVID-19 ra t-talbiet għall-għajnuna mill-Malta Community Chest Fund Foundation jiżdiedu b’mod konsiderevoli,” qal l-Eċċellenza Tiegħu. “L-għan ta’ din il-kampanja dejjem kien li jnissel sens ta’ solidarjetà fiż-żgħażagħ minn eta zgħira, u li jifhmu l-kunċett li jgħinu lil oħrajn b’mod volontarju mingħajr ma jistennew xejn lura.”

“Żgur li aħna konxji li hemm ħafna familji li ġew milquta, kemm finanzjarjament kif ukoll b’modi oħra mill-pandemija’ kompla Dr Vella. ‘Nieħdu din l-okkażjoni biex nappellaw lill-poplu Malti, li kull donazzjoni, tkun kemm tkun żgħira, tgħin ħafna lill-missjoni tal-MCCFF.”

“Il-kampanja ta’ din is-sena żgur li se tkun waħda mill-akbar sfidi li qatt iltqajna magħhom,” qal Charles Azzopardi. “L-iskejjel qed joperaw fuq skedi differenti, uħud mill-istudenti jirċievu t-tagħlim tagħhom id-dar, kif ukoll irridu nsegwu r-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet dwar id-distanza soċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa. Madankollu qed nappellaw biex titpoġġa dik ix-xi ħaġa zgħira fil-piggy bank li jinsab fil-klassijet tiegħek. Meta timmultiplika dik id-donazzjoni żgħira bl-eluf ta’ studenti fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex, ngħaqqdu b’somma attraenti biex nippreżentawha f’isimkom lill-Malta Community Chest Fund Foundation.”

“Din hija s-17-il sena konsekuttiva li l-Bank of Valletta qed jikkollabora mal-MCCFF biex iqassam il-piggy banks fil-klassijiet kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji kollha fil-gżejjer tagħna,” kompla s-Sur Azzopardi. “Il-fondi miġbura permezz tal-kampanja kif ukoll id-donazzjonijiet mill-Bank issa qabżu l-marka ta’ € 2 miljun.”

Il-fondi miġbura permezz tal-kampanja inkluż donazzjoni mill-Bank of Valletta se jiġu ppreżentati waqt ix-xandira diretta ta’ L-Istrina fis-26 ta’ Diċembru 2020.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).