​Titnieda konsultazzjoni pubblika għall-politika nazzjonali tat-turiżmu

Il-Gvern nieda konsultazzjoni pubblika biex issir reviżjoni tal-politika nazzjonali tat-turiżmu għall-2015-2020, b’viżjoni li tkopri sal-2030.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis, responsabbli mit-turiżmu, qal li l-Gvern se jibqa’ kommess bl-impenn tiegħu biex dan is-settur jibqa’ jkompli jkattar il-ġid u jkabbar l-ekonomija tal-pajjiż.
Il-Ministru qal li l-eżerċizzju jeħtieġ is-sehem tal-partijiet interessati kollha fl-industrija. Il-Ministeru se jistenna l-kummenti u s-suġġerimenti mill-partijiet qabel ma jiġi ffinalizzat id-dokument.
Id-dokument tħejja wara konsultazzjoni wiesgħa mar-rappreżentanti tal-industrija u partijiet interessati oħra.
Hu mibni fuq tliet pilastri – l-aċċessibilità, il-marketing, u l-iżvilupp tal-prodott turistiku b’assigurazzjoni ta’ kwalità. Jinkludi wkoll rikonoxximent lill-karattru speċifiku ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta. 
Ritratt: DOI – Omar Camilleri