Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar Għawdex

Fi stqarrija konġunta mill-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej ingħad li d-dokument iħares lejn Għawdex b’mod olistiku u hu mibni fuq erba’ aspetti: tkabbir ekonomiku, prosperità soċjali, aċċessibilità u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħeġġet lill-Għawdxin biex jipparteċipaw f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, li se jagħti spazju lil kulħadd biex iressaq l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li Għawdex ibbenefika minn iżjed minn €22 miljun fi proġetti infrastrutturali taħt il-fond tal-ERDF. Fisser li fost dawn il-proġetti hemm dawk li huma diretti lejn Għawdex filwaqt li oħrajn se jkunu għaż-żewġ gżejjer. 
Wieħed jista’ jaċċessa l-konsultazzjoni pubblika hawn.