​Titnieda konsultazzjoni dwar l-Att tal-Logħob

Tnieda proċess ta’ konsultazzjoni biex tiddaħħal il-liġi msejħa ‘Att tal-Logħob’ li tieħu post il-leġiżlazzjoni preżenti.
Fi stqarrija tal-Gvern ġie spjegat li dan għandu jwassal biex l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob ikollha s-setgħa tkun iktar effiċjenti biex tieħu deċiżjonijiet, jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji u tissaħħaħ is-superviżjoni u tiffoka l-isforzi tar-regolatur fl-oqsma li joffru profil ta’ riskju ogħla.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri enfasizza fuq l-importanza li tittieħed azzjoni malajr fil-qasam tal-gaming  biex ikun assigurat li Malta tibqa’ l-ewwel preferenza fost il-ġurisdizzjonijiet internazzjonali.
Il-proċess tal-konsultazzjoni jagħlaq l-Erbgħa 23 t’Awwissu 2017.