Titnieda kompetizzjoni għal app ġdida

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-MEPA u l-Aġenzija Maltija għall-Informatika nedew kompetizzjoni għall-ħolqien ta’ app li tisfrutta data ġeospazjali għall-ġid taċ-ċittadin.
L-MCST u l-MITA qed joffru massimu ta’ €15,000 lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni, li jistgħu jużaw informazzjoni miksuba minn oserrvazzjoni tad-dinja b’satelliti u datasets, disponibbli mill-MEPA u entitajiet pubbliċi oħra.
Iktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku www.malta-app-challenge.com.