Titnieda kampanja ta’ informazzjoni għall-konsumaturi

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur Dr Jason Azzopardi, nieda kampanja ta’ informazzjoni u għarfien dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-konsumaturi.

L-iskop wara din il-kampanja, huwa li jsir reklamar filgħaxija fuq it-televiżjoni.

Is-suġġetti li se jkopru din il-kampanja ta’ għarfien jinkludu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru li jinkludu wkoll dawk il-passiġġieri b’diżabilità, il-garanziji tal-konsumatur, xiri mill-internet u mit-televixin, kreditu tal-konsumatur u self għal dar.

Il-Ministru qal li dawn l-inizjattivi se jkunu qed jgħinu biex tinħoloq kuxjenza akbar fost il-konsumaturi.