Titnieda kampanja “Le għall-Vjolenza Domestika”

Matul dan is-sajf, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika qed tmexxi kampanja ta’ għarfien kontra l-vjolenza, b’posters imwaħħla f’diversi bars, ristoranti u postijiet oħra ta’ divertiment.
Il-kampanja, bil-messaġġ “Le għall-Vjolenza Domestika”, hi mmirata għal kulħadd mhux biss għal dawk li jistgħu jkunu vittmi.
Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika fakkret li hemm diversi tipi ta’ vjolenza fosthom dik emozzjonali, psikoloġika, fiżika, sesswali, finanzjarja u fastidju.
Fakkret ukoll li ta’ spiss, dawn ibiegħdu lill-vittma mill-familija, mill-ħbieb u mill-ħajja soċjali u joħolqu effett negattiv kbir fuq it-tfal. Għalhekk fakkret l l-ewwel pass biex il-vjolenza titwaqqaf hi li wieħed ikun jaf jagħraf is-sinjali tal-abbuż biex ma jittollerahiex.