Titneħħa l-qalb ta’ ma’ Bieb il-Belt

Wara tliet ġimgħat fid-daħla ta’ Bieb il-Belt, illum tneħħiet il-graffita li artist mhux magħruf pinġa mas-swar.

Biex titneħħa l-Ministeru għall-Infrastruttura qal li nefaq is-somma ta' €4,000.

Il-graffita, kienet turi mara u raġel li qed jagħmlu forma ta’ qalb b’idejhom.

Il-Perit u Professur Lino Bianco ma jaqblix li l-graffita kellha titneħħa għaliex kellha messaġġ pożittiv, ta' mħabba u kontra l-mibgħeda.

Il-graffita saret fid-29 ta' Awwissu li għadda għall-ħabta tal-erbgħa ta' filgħodu.

Il-pulizija rnexxielha tilmaħ l-artist li għamilha iżda ma rnexxielhiex taqbdu hekk kif telaq jiġri malli ra l-karozza tal-pulizija.