Titneħħa l-libertà proviżorja għall-qassis Għawdxi

Il-qassis Għawdxi li jinsab akkużat b’abbuż sesswali inżamm arrestat wara li l-Qorti rrevokat id-deċiżjoni li jingħata l-libertà proviżorja.
L-appell għal din id-deċiżjoni sar mill-Avukat Ġenerali, bl-argument li l-qassis ma jistax jingħata l-libertà proviżorja sakemm jidhru x-xhieda.
Il-qassis Għawdxi tressaq il-Qorti wara li allegatament wettaq abbuż fuq tliet minorenni.