Titnaqqsilhom is-sentenza minħabba dewmien mill-Qorti

Raġel u mara li kienu akkużati bil-pussess ta’ droga mhux għall-użu personali tagħhom kellhom is-sentenza mnaqqsa minħabba li l-każ kien ilu jkarkar mill-2003.
Dan hekk kif sentejn ilu huma ngħataw sentenza ta’ ħabs, iżda weħħlet fl-appell.
L-Imħallef Giovanni Grixti li kien qed jisma’ l-appell saħaq li dak id-dewmien kollu ma kienx meħtieġ. Għaldaqstant huwa naqqas is-sentenza ta’ ħabs. Lir-raġel naqqaslu sentenza minn tliet snin għal sena u lil mara minn erba’ snin għal 14-il xahar.