Titnaqqaslu s-sentenza tal-ħabs wara li ħafirlu l-Kappillan

Il-Qorti naqqset il-piena ta’ ħabs ta’ żagħżugħ dipendenti mid-droga, li erba’ snin ilu seraq deheb u flus mill-Knisja ta’ Ħaż-Żabbar.

Il-Qorti tal-Appell naqqset il-piena ta’ tliet snin priġunerija b’erba’ xhur, wara li l-Kappillan tal-parroċċa ħafer lill-akkużat.

Lura f’Novembru tal-2009, iż-żagħżugħ ta’ 27 sena residenti x-Xgħajra kien seraq mill-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja, sitt ċrieket tad-deheb, ġiżirajjen u brazzuletti.

Fl-istess każ insterqu wkoll xi flus u apparat teknoloġiku.