
Il-plejers u d-diretturi ta’ Bayern Munich u ta’ Borussia Dortmund qablu li titnaqsilhom il-paga b’mod temporanju. Iż-żewġ ġganti tal-futbol Ġermaniż qalu li din il-mossa saret biex tgħin lill-impjegati l-oħra tal-klabb b’mod finanzjarju fiż-żmien ta’ kriżi minħabba l-coronavirus.
Plejers ta’ Union Berlin, li qegħdin fil-11-il post tal-Bundesliga, ħabbru li mhux se jkunu qed jieħdu paga għalissa. Il-ġimgħa l-oħra, il-plejers ta’ Borussia Monchengladbach kienu minn tal-ewwel biex iwaqqfu perjodikament il-paga tagħhom.
Ilu ma jintlagħab logħob mill-Bundesliga sa mit-8 ta’ Marzu minħabba l-epidemija tal-coronavirus. Din l-epidemija laqtet lix-xena tal-isport madwar id-dinja.