Titmax lill-klieb dan l-ikel għax tossiku għalihom

Kulħadd jaf li l-klieb huma kemmxejn żaqqiqin. Malli jaraw lil xi ħadd madwarhom jiekol xi ħaġa, tkun xi tkun, ituk ħarsa ta’ ħniena sabiex jaqsam l-ikel magħhom. Filwaqt li l-mossa ta’ bosta hawnhekk tkun li jagħtuhom biċċa żgħira, hemm ċertu ikel li huwa tossiku għalihom.

Iċ-ċikkulata

Iċ-ċikkulata għandha ingredjent li jgħidulu theobromine li huwa speċita kaffeina. It-theobromine jgħaġġel il-qalb tal-klieb. L-ammont ta’ dan l-ingredjent ivarja minn ċikkulata għall-oħra.

Xylitol

Il-xylitol hija sustanza bla zokkor li tintuża minflok zokkor li tista’ tkun fatali għall-annimali. Din is-sustanza tinstab f’bosta tipi differenti ta’ ikel fosthom kejkijiet, chewing gum, xi mediċini u anke toothpaste. Anke ammont żgħir minn din is-sustanza jista’ jwassal sabiex il-ġisem tal-kelb jaħseb li huwa zokkor veru u b’hekk jirrilaxxa ammont kbir ta’ insulina. Din l-insulina tista’ twassal għal zokkor baxx ħafna fid-demm u li l-fwied jieqaf jaħsem.

Ikel ieħor li jista’ jkun perikoluż għall-klieb huwa:

  • Għeneb
  • Żbib
  • Passolina (currants)
  • Lewż tal-Makadamja
  • Basal
  • Tewm