Ingilterra: Titlobhom l-għajnuna u jistuprawha t-tieni darba

Żewġt irġiel kienu arrestati wara li tifla kienet stuprata darbtejn f’lejl wieħed fl-Ingilterra.
Il-Pulizija Ingliża dalgħodu arrestat raġel ta’ 35 sena u ieħor ta’ 27 sena li allegatament stupraw tifla ta’ 14-il sena waqt li din kienet miexja lejn id-dar mill-istazzjon tal-ferrovija f’Witton, f’Birmingham.
L-ewwel attakk fuqha sar fl-istazzjon fejn raġel allegatament ġibdilha l-attenzjoni u ħadha f’parti kwieta tal-istazzjoni u stupraha.
Ftit wara l-ewwel attakk, it-tifla telqet minn fuq il-post u ġibdet l-attenzjoni tal-ewwel karozza li kienet għaddejja mit-triq biex titlob l-għajnuna.
Kif rikbet fil-karozza hija ġiet aggredita sesswalment għat-tieni darba minn raġel ieħor.
It-tifla rrappurtat l-attakki li saru fuqha mill-ewwel kif waslet id-dar.
L-irġiel li qed jinżammu arrestati huma residenti f’Birmingham.
Ritratt: Arkivji