Titlob studju dwar kemm hemm bżonn ħaddiema mal-Gvern

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tinsisti biex isir stħarriġ dwar kemm fil-verità hemm bżonn ta’ ħaddiema ġodda fis-settur pubbliku.
Il-Kamra tagħraf il-bżonn li minn żmien għal żmien għandhom jiġu impjegati nies ġodda biex iġibu ideat ġodda fis-settur pubbliku u anke biex jikkumplimenta d-dinamika tas-settur privat. 
Madanakollu tikkundanna meta l-Gvern idaħħal nies żejda miegħu għax dan iħalli impatt fuq il-finanzi pubbliċi u l-piż tat-taxxi.
Huwa għalhekk li l-Kamra tal-Kummerċ qed tħeġġeġ lil Gvern biex jagħmel dan l-istħarriġ dwar il-ħiliet eżatti tal-ħaddiema fis-settur pubbliku anke biex fil-preżent u fil-futur, ir-riżorsi jkunu mqassma sew u li jħallu l-frott mixtieq.