​Titlob miżuri għal aktar flessibilità fuq il-post tax-xogħol

Il-President tal-NL – Nisa Laburista Claudette Abela Baldacchino qed tistaqsi jekk wasalx iż-żmien li min iħaddem jiġi inċentivat b’miżuri li jwasslu għal aktar flessibilità fuq il-post tax-xogħol.
Waqt workshop bit-tema Women, Work and the Economy, Abela Baldacchino sostniet li dan sabiex jinħoloq ambjent tajjeb bi strutturi aktar b’saħħithom li jirriflettu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.
Saħqet li NL – Nisa Laburisti se tibqa’ timbotta għal aktar riformi biex f’Malta jkun hawn soċjetà ekwa u ġusta, li tagħraf u tistma l-potenzjal ta’ kulħadd.
Il-kelliema fil-workshop kienu jinkludu ekonomista, mara li nqalgħet mill-prekarjat, żewġ nisa fin-negozju.
Twasslu wkoll messaġġi mill-Ministri Helena Dalli u Chris Cardona kif ukoll mill-Kummissarju tal-Ugwaljanza Renee Laiviera.