Titlob li l-ħaddiema jkunu jafu x’sustanzi jikkawżaw il-kanċer

Il-General Workers’ Union qed titlob biex il-ħaddiema jkunu mgħarrfa dwar sustanzi li jikkawżaw il-kanċer.
Flimkien mal-moviment trejdunjonista Ewropew, il-GWU fakkret fil-perikli li jiffaċċaw il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.
L-unjin sejħet għal azzjoni mmedjata min-naħa tal-Unjoni Ewropea, sabiex tfittex tintroduċi liġijiet ġodda li jagħrfu r-riskji fuq is-saħħa tal-ħaddiema.
Qalet li dan għandu jkun rifless f’Malta wkoll billi jiġu nfurzati r-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll billi jiżdied l-għarfien dwarhom.