Titlob iż-żarbun ta’ Matthew Zahra biex tagħlaq il-ferita

Is-sieħba ta’ Matthew Zahra talbet biex tara ż-żarbun li nstab mal-għadam tiegħu biex b’hekk tikkonferma li l-fdalijiet kienu tiegħu, u b’hekk tkun tista’ tibda tagħlaq il-ferita emozzjonali.
Din it-talba saret fil-qorti hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Jason Galea u Ronald Urry li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Zahra. L-esperti tad-DNA kkonfermaw li l-għadam li nstab fl-għalqa s-sena li għaddiet kien tal-familja Zahra. Madanakollu qatt ma ġie konkluż li kienu l-fdalijiet ta’ Matthew.
Fix-xhieda tagħha, Dr Marisa Cassar qalet li minkejja li d-DNA qablet, hemm bżonn isiru aktar testijiet biex tiġi identifikata d-DNA partikolari ta’ Matthew Zahra.