Titlob għall-mediċina b’xejn wara li ħadet €31,000 f’kumpens

Nursing aide minn Raħal Ġdid li weġġgħet fuq il-post tax-xogħol fis-snin li għaddew, u ngħatat €31,000 f’kumpens qed titlob li ma tibqax tħallas għall-mediċini li qed tieħu.
Il-mara fetħet protest ġudizzjarju fil-Qorti Ċivili kontra l-Kap Uffiċjal Mediku tal-Gvern u d-Dir-ettur tas-Sigurtà Soċjali, fejn insistiet dwar l-eleġibilità tagħha għall-mediċini b’xejn, li m’għadhomx jingħatawlha bla ħlas mill-Isptar Mater Dei.
In-nursing aide sofriet 10% ta’ diżabilità, meta waqgħet minn sellum, ta’ għoli ta’ 1.5 metru, meta telgħet biex iġġib dokument ta’ pazjent.