Għax ommha għamja titlob il-ħelsien mill-arrest

Mara ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest minkejja li saħqet li ommha għamja u għandha bżonn min idur magħha.
Il-mara ġiet arrestata b’konnessjoni mal-każ ta’ van misruq li instab fiż-Żejtun u li kien irrappurtat nieqes mis-sid ta’ 40 sena żewġt iljieli qabel.
Hi qed tiġi akkużata li kienet kompliċi fis-serq tal-vann kif ukoll bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja minn każ preċedenti.
Fil-Qorti d-difiża spjegat li l-mara minn Raħal Ġdid tieħu ħsieb lill-ommha li għandha 70 sena u li hija għamja. Madanakollu ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest.