​Titlob appoġġ immirat aħjar għall-bdiewa żgħażagħ

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed tappella biex l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea lill-bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex il-ġenerazzjoni tiġġedded b’mod effettiv.
L-Awdituri qalu li ta’ spiss l-appoġġ li jingħata mill-Unjoni Ewropea lill-bdiewa żgħażagħ, jiġifieri ta’ taħt l-40 sena, ma jkunx definit tajjeb u r-riżultati mistennija ma jkunux speċifikati.
L-analiżi saret fuq l-erba’ Stati Membri tal-UE li għandhom l-ogħla nfiq fuq bdiewa żgħażagħ: Franza, Spanja, il-Polonja u l-Italja. L-awdituri sabu li f’xi każi l-għajnuna tiġi provduta f'forma standardizzata li ma tindirizzax ħtiġijiet speċifiċi, għajr il-ħtieġa ta' introjtu addizzjonali.
F'xi Stati Membri, il-baġit intuża kollu mal-ewwel u b'hekk il-bdiewa żgħażagħ li bdew negozju aktar tard ma setgħux jirċievu fondi.
Fl-aħħar għaxar snin, l-għadd ta’ bdiewa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea naqas b’miljun għal 2.3 miljuni. 
Agħfas hawn biex taqra r-rapport sħiħ tal-​Qorti Ewropea tal-Awdituri.