Titlesta Triq il-Ħamrija f’Għawdex

Triq il-Ħamrija hija waħda mit-toroq arterjali f’Għawdex. Matul ix-xhur li għaddew sar xogħol estensiv fuq din it-triq sabiex inbniet mill-ġdid b’pedamenti, servizzi ġodda inkluż il-bankini u pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku.

Waqt li kienet qed żżur din it-triq, il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li din it-triq tikkumplimenta xogħlijiet oħra li saru fil-lokal tax-Xewkija.

Matul din iż-żjara l-Ministru ħabbret ukoll li beda xogħol fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur. Żiedet li ġie ppubblikat tender għal Triq Marsalforn b’tul ta’ 4 kilometri. Il-Ministru qalet li se tkun qed tiġi implimentata waħda mill-wegħdiet elettorali dik li tinħoloq ring road madwar il-Belt Victoria.