Titlesta Triq Diċembru 13

Ix-xogħol fuq il-kumplament ta’ Triq Diċembru 13 tlesta u nfetħet illum wara nofsinhar mill-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi fil-preżenza tal-eks President tal-Parlament Ewropew Pat Cox.
85% tal-proġett li ġie jiswa €7 miljun kien iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Il-proġett li jagħmel parti mill-proġett Ten-T u li Pat Cox hu kordinatur tiegħu, sar fuq standards Ewropej u jinkludi sistema ta’ LEDs li taħdem skont id-dawl f’kull ħin partikolari tal-jum u l-lejl.
Il-Ministru Mizzi ta’ dettalji oħra ta’ proġetti li qed isiru fit-toroq Maltin fosthom fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Joe Mizzi qal li dalwaqt se jibda’ x-xogħol fi Triq il-Kosta u l-Junction tal-Kappara.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott