Titlesta t-tieni fażi tal-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta

Tlestiet it-tieni fażi tal-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta
Waqt żjara fid-daħla tal-Belt Valletta fejn qed isir il-proġett il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett jammonta għal investiment ta’ madwar €10 miljun f’fondi kapitali u jikkumplimneta l-investiment ta’ €24 miljun f’fondi Ewropej għar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta u l-proġett ta’ transport links li se jżid il-konnettività u l-aċċessibilità għall-Belt Valletta.
Il-Ministru Mizzi spjega li beda x-xogħol fuq il-pavimentar tal-pjazza tat-Tritoni li mistennija titlesta qabel l-2018 u se tkun tista’ titgawda meta l-Belt Valletta tassumi t-titlu ta’ ‘Belt Kapitali għall-Kultura 2018’.
Il-proġett tal-pjazza se jinkludi wkoll uffiċċju tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u fdalijiet storiċi li nstabu matul ix-xogħlijiet li jinkludu fdalijiet ta’ żmien l-Ingliżi u fdalijiet ta’ fortifikazzjonijiet ta’ żmien il-Kavallieri.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech