Titlef lil ħuha u t-tifla tar-rispett fiż-żewġ titjiriet tal-Malaysia Airlines

Kaylene Mann minn Queensland tilef lil ħuha Rod Burrows, li kien abbord it-titjira tal-Malaysia Airlines MH370 li ntilfet meta l-ajruplan kien fuq l-oċean Indjan f’Marzu li għadda.
Mann tilfet ukoll it-tifla tar-rispett, Marie Rizk li kienet abbord titjira oħra tal-Malaysia Airlines MH17 li kkraxxjat fil-fruntiera tal-Ukraina.
Il-familja ta’ Mann qalet li għaddiet mill-istess diżgrazzja darbtejn.
Qalu li bħalissa kulħadd qed jipprova jifhem kif jista’ jkun li avveniment ikrah bħal dan iseħħ darbtejn f’żewġ titjiriet separati tal-istess linja tal-ajru fi żmien erba’ xhur.