Aġġornata: Titlef il-kontroll u tidħol ġo ħajt fil-Furjana

Mara tinsab f’qagħda gravi wara li tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha u baqgħet dieħla f’arkata fil-Furjana fi Triq Sant’Anna.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-pulizija li spjega li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm.

Membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew lill-mara ta’ 50 sena mill-Qrendi biex tinħareġ mill-vettur sabiex ittieħdet lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.