Titlef il-kontroll u taħbat f’arblu; tindarab gravi

Mara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla f’arblu sofriet ġrieħi gravi.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.10am fi Triq Ħal Farruġ fl-Imqabba. Il-mara li għandha 42 sena u residenti l-Imqabba kienet qed issuq il-karozza tagħha tilfet il-kontroll u ħabtet f’arblu u f’ħajt.

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.