Titlef il-kontroll tal-vettura u tispiċċa ġo għalqa

Mara ta’ 36 sena minn Bormla qed issofri minn ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll tal-vettura, baqgħet dieħla ġo ħajt u spiċċat ġo għalqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15 ta’ dalgħodu fi Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq.
Għadu mhux magħruf x’wassal biex il-mara tilfet il-kontroll tal-vettura.
Fuq il-post issejħet mill-ewwel ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.
Il-Mara ġarbet ġrieħi gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
Il-vettura ġarbet ħsarat estensivi.