Titlef il-battalja mal-kanċer jiem wara li welldet tarbija

Omm ta’ kuraġġ kbir tilfet il-battalja kontra l-kanċer tas-sider ftit tal-jiem wara li welldet tarbija prematura.
Tracey Keers, Ingliża ta’ 33 sena saret taf li kellha kanċer fl-2016, iżda kien irnexxielha tegħleb din il-marda kiefra.
Għaldaqstant meta kienet waslet fis-seba’ xahar tat-tqala saret taf li l-kanċer reġa’ tfaċċa b’mod aktar aħrax li din id-darba kien terminali.
Ix-xewqat tagħha qabel ma tmut kienu dik li tiżżewweġ lill-maħbub tagħha u tara lil bintha li tant kienet qed tistenna t-twelid tagħha b’entużjażmu.
Minkejja l-problemi, Tracey irnexxielha taqta’ ż-żewġ xewqat hekk kif madwar ġimgħa qabel mewtha żżewġet lir-raġel tal-ħolm tagħha f’ċerimonja organizzata mill-istaff tal-isptar, u aktar tard irnexxielha żżomm lil bintha fi ħdanha wara t-twelid.
Ir-raġel tagħha spjega li kif f’Lulju tas-sena l-oħra qalulha li kulma kellha ħajja kienu biss sitt xhur, hi qatt ma waqfet tissielet għal ħajjitha. Spjega li kienet l-akbar ħabiba tiegħu u li kienu jagħmlu kollox flimkien.