Titlef ħajjitha wara ġimgħa fl-ITU

Marthese Zarb ta’ 52 sena minn Pembroke, l-infermiera li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan, mietet illum, ġimgħa wara li seħħ l-inċident.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ġuvni ta’ 18-il sena, li kien fil-vettura mal-mara li tilfet ħajjitha, ma għadux f’qagħda kritika u nħareġ mid-Dipartiment tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.
L-inċident kien seħħ fl-24 ta’ Jannar fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan meta żewġ karozzi ħabtu ma’ xulxin.
Wara l-ħabta, erba’ persuni kienu ddaħlu l-isptar. Apparti l-infermiera u l-ġuvni li kienu passiġġiera, iddaħħal ukoll is-sewwieq ta’ 53 sena minn Pembroke. 
Is-sewwieq tal-karozza l-oħra, raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar kien iddaħħal l-isptar isofri ġrieħi ħfief.