Titlef ħajjitha l-anzjana milquta minn xarabank

Titlef ħajjitha l-mara li ntlaqtet minn xarabank tal-Arriva.

Il-mara ta’ 66 sena kienet ntlaqtet minn xarabank f’Tal Pietà lura fl-14 ta’ Settembru. Tal-linja tal-Arriva kienet qed tinstaq minn xufier ta' 44 sena mill-Mosta. Ħadd mill-passiġġieri li kienu fuq il-karozza tal-linja ma weġġa' f'dan l-inċident. 

Il-mara hija residenti Tal Pietà stess u ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn instab li qiegħda fil-periklu tal-mewt.