Titlef għajn minħabba l-contact lenses

Tfajla tilfet id-dawl ta’ għajnha l-leminija minħabba l-contact lenses.
Kollox beda meta Irenie Ekkeshis mill-Istati Uniti bdiet tħokk għajnejha u ħasbet li l-contact lens se ssib postha.
Madanakollu ftit tal-ħin wara kienet qed tara l-passjoni bl-uġigħ u qatt ma immaġinat li kienet se titlef id-dawl ta’ dik l-għajn.
Rapporti internazzjonali qalu li l-kawża kienet għax qabdet il-contact lenses b’subgħajha mxarrbin.
Jidher li l-għada filgħodu t-tfajla bdiet tara mċajpar u għajnejha bdew idemmgħu. Marret għand l-ispiżjar biex tixtri qtar tal-għajnejn għax ħasbet li kellha infezzjoni.
Madanakollu sa dakinhar filgħaxija d-dawl beda jdejjaqha ħafna u bdiet tara aktar imċajpar.
Irenie ttieħdet l-isptar ta’ Moorfield u saritilha operazzjoni msejħa corneal scrape. Iżda wara ftit jiem irċeviet l-aħbar li kellha infezzjoni rari, li ħafna drabi tiġi kkawżata minn mikrobu li jinstab fl-ilma, fil-baħar jew pixxini.
L-istorja ta’ Irenie tista’ tkun ta' tagħlima lil bosta li jużaw il-contact lenses.  Kif stqarret it-tfajla, qatt ma nħaslet jew marret tgħum bil-lenses, iżda qatt ma basret li jista’ jkun hemm dawn il-konsegwenzi jekk taħsel idejk u dritt wara tilbes il-lenses