“Titlaqx għalissa, ftakar f’Miriam Dalli” – Louis Grech lil Joseph Muscat

Aġġornat 03:52 PM

Miriam Dalli tgħid li ma ssemmietx

Read in English.

Skont sorsi qrib il-Partit Laburista li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt, Louis Grech, l-eks deputat mexxej tal-Partit Laburista wissa lill-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex jagħti ftit ċans qabel iwarrab. Grech allegatament qal lil Muscat sabiex jistenna sakemm l-Ewroparlamentari Miriam Dalli, li kienet imsemmija bħala potenzjalment il-mexxej futur tal-Partit Laburista, tistabilixxi ruħha aħjar forst il-partitarji Laburisti. Miriam Dalli hija meqjusa bħala l-kandidata favorita ta’ Muscat.

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-MEP Miriam Dalli sostniet illi mhux vera li isimha ssemma fil-laqgħa. Hija ddeskriviet dak li qalu s-sorsi tagħna bħala gidba.

Mill-banda l-oħra s-sorsi tagħna sostnew li jafu x’qed jgħidu u li huma korretti u li jisħqu l-verżjoni tagħhom tal-fatti.

“Jien m’iniex baħri tal-bnazzi”

F’dawn l-aħħar jiem, wara r-reżenji taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, kien qed iqum l-għajdut li Joseph Muscat se jkun qiegħed jabdika mill-kariga tiegħu.

Fid-dawl ta’ dawn l-iskandli, l-għajta tal-poplu kienet mill-aktar qawwija nhar it-Tlieta fejn ir-rabja lejn il-Prim Ministru l-aktar li spikkat.

Qabel l-elezzjoni tal-2017, Grech kien qal li mhuwiex se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali iżda kien mistenni jkompli jifforma parti mit-tim ta’ Muscat bħala konsulent għall-kabinett.

Nhar it-Tnejn li għadda, l-Ewroparlamentari Miriam Dalli qalet lill-midja li dak li għandha tgħid dwar is-sitwazzjoni kurrenti u dwar riżenji ta’ membri fil-Gvern, kienet se tgħidu fil-Grupp Parlamentari.